Sunday, December 22, 2024

L-omm li salvat it-tarbija tagħha mill-għarqa tgħid li tilfitha minn idejha għal ftit sekondi

Aqra wkoll

Charlotte Golunski ta’ 35 sena mill-Ingilterra hija l-omm deskritta bħala “eroj” li flimkien ma’ żewġha u t-tarbija tagħhom rnexxielhom jeħilsu mill-għarqa tal-jott fi Sqallija.

Charlotte kienet fost 22 persuna li minnhom għad hemm sitt persuni neqsin u ieħor li sfortunatament ġie ċertifikat mejjet fl-inċident li seħħ it-Tnejn li għadda.

Mediċi li taw l-assistenza tagħhom lill-mara qalu mal-midja li l-omm iddeskriviet it-traġedja bħala xi ħaġa li ġrat f’daqqa fejn waqt li kienet qiegħda żżomm lit-tarbija tagħha fuq il-parti ta’ fuq tal-jott ħassitu jitqalleb f’daqqa sakemm fi ftit sekondi spiċċaw jgħixu f’dalma.

Spjegat li żewġha kien f’parti oħra tal-jott u li hi tilfet minn idejha lit-tarbija tagħhom għal madwar tliet sekondi biss sakemm reġgħet ħatfitha u għamlet minn kollox biex isalvaw, kif fil-fatt irnexxielha tagħmel.

L-omm kienet maħkuma minn paniku hekk kif żewġha kien ingħata l-ewwel assistenza fi sptar ieħor u għalhekk ma kellhiex konferma ta’ jekk kienx salva jew le. Spjegat ukoll li minkejja li kienu kuntenti li salvaw bħala familja, teżisti dieqa kbira hekk kif kollox seħħ f’daqqa u qalb dawk li salvaw għadhom għaddejjin it-tfittxijiet għal dawk li s’issa għadhom ma nstabux u li l-probabbiltajiet li jinsabu ħajjin huma minimi ħafna.

Ekonomija

Sport