Il-Ministru kompliet l-indirizz tagħha waqt l-preżentazzjoni tal-abbozz ta’ liġi li jemenda l-kodiċi kriminali billi tat xi informazzjoni dwar dak li qegħdin jagħmlu pajjiżi oħra f’dan ir-rigward.
-Fl-Ingilterra din il-protezzjoni ilha teżisti sa mill-2013.
– Fl-Italja, fl-aħħar xhur il-Gvern ippropona u ddefenda Abbozz ta’ Liġi simili għal dan, liema abbozz bħalissa jinsab quddiem is-Senat.
Hija temmet tgħid li “issa wasalna, smajna lill-persuni b’diżabbiltà, u qegħdin naġixxu, biex meta jerġa’ jinqala’ każ ieħor bħal dawk li semmejna, il-vittma jkollha l-protezzjoni, u l-Istat ikollu s-snien, sabiex verament tkun tista’ ssir ġustizzja.”
“Il-Ministru qalet li tittama li l-Oppożizzjoni ma tiddiżappuntax, ule mhux se tiddiżappunta la lilek u lanqas lill-ebda persuna għax hija favur għalkollox dan l-abbozz ta’ liġi”, Sostna dan il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli fl-ewwel diskors wara l-abbozz imressaq mill-Ministru Julia Farrugia Portelli.