L-organizzazzjoni St John Rescue Corps llum ġiet rikonoxxuta mill-Istat billi ngħatat l-Ordni Nazzjonali tal-Meritu.
Din l-organizzazzjoni ta’ voluntiera ngħatat rikonoxximent għall-assistenza li toffri fis-salvataġġ u l-ewwel għajnuna f’pajjiżna.
Matul dawn l-aħħar 35 sena dan il-korp żviluppa l-ħila li jopera fis-Salvataġġ ta nar, Salvataġġ ta’ High Angle Rope Rescue, Salvataġġ tal-Ilma, Servizzi ta’ Għajnuna Medika u Għajnuna Umanitarja.
Matul il-pandemija tal-Covid-19, St John Rescue Corps kien minn ta’ quddiem fil-forniment ta’ servizzi loġistiċi li ppermettew servizzi essenzjali pprovduti minn foodbanks lokali sabiex ikomplu mingħajr interruzzjoni. Fl-2020, aktar minn 1,400 siegħa ta’ servizz inħaddmu mill-voluntiera għal dan is-servizz biss.