Saturday, December 21, 2024

L-UE b’passi legali kontra l-Ingilterra

Aqra wkoll

L-Unjoni Ewropea ħadet azzjoni legali llum fil-konfront tal-Ingilterra dwar il-pjani tagħha biex tgħaddi liġijiet li jiksru partijiet tal-qbil ta’ Brexit maqbul bejn iż-żewġ naħar lejn l-aħħar tas-sena li għaddiet.

L-azzjoni legali tal-UE turi r-relazzjoni diplomatika li kulma jmur qed tkompli tmur għall-agħar mal-Ingilterra, li se tibqa’ membru tal-blokk Ewropew sal-31 ta’ Jannar li ġej. Iż-żewġ naħat qed jipprovaw jilħqu ftehim dwar kummerċ ħieles sal-aħħar ta’ din is-sena, madankollu l-abbozz ta’ liġi dwar is-swieq interni tar-Renju Unit wasslet għal tensjoni fir-relazzjonijiet diplomatiċi matul dan l-aħħar xahar.

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen qalet li l-pjan Brittaniku “fin-natura tiegħu jmur kontra dak miftiehem fil-ħruġ tal-Ingilterra mill-Unjoni Ewropea”.

Saħqet li jekk dan l-abbozz jgħaddi b’liġi fl-istat attwali tiegħu, allura dan se jkun qed imur kontra l-protokk tal-Irlanda u l-Iranda ta’ Fuq fil-ftehim dwar Brexit.

L-Unjoni Ewropea kienet tat ċans lill-Ingilterra sal-bieraħ biex tirtira dan l-abbozz madankollu nhar it-Tlieta li għadda l-leġiżlaturi Brittaniċi ivvotaw 340 favur u 256 kontra. L-abbozz issa se jkun qed jiġi ppreżentat il- House of Lords, fejn aktarx li l-abbozz jintlaqa’ b’oppożizzjoni minħabba li dan jikser il-liġi internazzjonali.

Ekonomija

Sport