Friday, November 22, 2024

“L-uffiċjali tal-LESA m’għandhomx ikunu hemm biss biex jagħtu ċ-ċitazzjonijiet”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-uffiċjali kollha tal-Aġenzija għall-Infurzar Lokali (LESA) llum huma mħarrġa fl-ewwel għajnuna, dan bħala parti mill-viżjoni tal-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi u l-Aġenzija LESA li l-uffiċjali tal-komunità m’għandhomx ikunu fl-ibliet u l-irħula biss biex jagħtu ċ-ċitazzjonijiet u jżommu d-dixxiplina.

Fil-fatt, fil-messaġġ tiegħu waqt l-għotja taċ-ċertifikati, il-Ministru Byron Camilleri spjega kif b’din l-inizjattiva qed jintbagħat messaġġ ċar lill-ħaddiema tal-LESA. “Postkom fl-ibliet u l-irħula qiegħed hemm biex isservu ta’ forza pożittiva favur iċ-ċittadin. Tridu tkunu mħejjija għal meta ċ-ċittadin jeħtieġ l-għajnuna tagħkom, anke f’sitwazzjoni diffiċli,” qal il-Ministru Camilleri.

Waqt emerġenza, 90% tal-ħajjiet jiġu salvati minn persuni li m’għandhom l-ebda taħriġ mediku. Għaldaqstant l-aġenzija ħadet il-pass li tagħti taħriġ tal-ewwel għajnuna lill-uffiċjali kollha. Dan qed isir sabiex huma jkunu aktar preparati għal kull eventwalità li jistgħu jaffaċċjaw waqt il-qadi ta’ dmirijiethom. “Aħna għandna n-nies hemm barra ta’ kuljum. Nies li jagħtu servizz, iżda li jgħinu wkoll il-komunità. Dan hu pass ieħor f’din id-direzzjoni. Iżda, huwa wieħed fost ħafna,” qal il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Svetlick Flores.

Sport