Thursday, December 26, 2024

“L-umiltà se tkun il-boxxla ta’ ħidmet dan il-Gvern” 

Id-deputat Laburista Omar Farrugia

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fl-ewwel diskors tiegħu fil-Parlament, id-Deputat Laburista Omar Farrugia qal li l-umiltà se tkun il-boxxla ta’ ħidmet dan il-Gvern u ta’ ħidmietu bħala Deputat tal-Ħames Distrett.

Huwa qal li dan il-Gvern jinsab determinat aktar minn qatt qabel, li jsarraf il-fiduċja tan-nies b’ħidma sfiqa li tippremja l-bżulija, li tagħti ċans lil kulħadd jimxi ‘l quddiem, li toħloq kwalità ta’ ħajja aħjar, li twassal għall-qalba diġitali, li tħares l-ambjent u li tħalli pajjiż aħjar milli sibnieh. 

“Se naħdmu biex it-tajjeb insaħħuh u ntejbu dak li tul is-snin seta’ kien aħjar. Għandna l-kredenzjali biex nagħmlu dan u għalhekk lin-nies hemm barra nħeġġiġhom jagħrblu kliemi filwaqt li jiġġudikawna fuq dak li nagħmlu u mhux biss fuq dak li ngħidu,” qal Farrugia. 

Huwa tkellem fuq diversi miżuri elenkati mill-Gvern fosthom it-tlestija ta’ aktar proġetti ta’ housing soċjali, it-tisħiħ tal-inwork benefit, u t-tnaqqis fil-piżijiet biex ikunu protetti dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna. 

Fejn jidħlu t-tfal u l-edukazzjoni tagħhom, Farrugia qal li l-edukazzjoni hija ċ-ċavetta tal-progress. Progress li jrid jilħaq bilanċ bejn is-saħħa tan-nies, is-saħħa tal-ekonomija u s-saħħa tal-ambjent tagħna. 

Huwa temm jgħid li issa mhux il-waqt li nistrieħu fuq il-kisbiet tagħna iżda jinsabu fdati biex iħarsu ‘l quddiem u biex jagħtu tamiet ġodda ta’ Malta isbaħ, Malta aħjar, Malta ġusta u Malta materna li tħebb u li tħobb. 

“Dan huwa l-patt tagħna mal-elettorat li tana l-akbar mandat fl-istorja. Patt li jgħabbi lil kull wieħed u waħda minna b’responsabbiltà biex naqdu dmirna,” tenna Farrugia. 

Ekonomija

Sport