Saturday, April 27, 2024

Liverpool huma l-aktar team mibgħud fl-Ingilterra

Aqra wkoll

Matul il-jiem li għaddew, il-manager ta’ Manchester City, Pep Guardiola, għamel l-istqarrija li kulħadd fil-pajjiż qed jappoġġa lil Liverpool  biex jirbħu t-titlu tal-Premier League dan l-istaġun.

“Kulħadd f’dan il-pajjiż qed jappoġġa lil Liverpool biex jirbħu l-kampjonat,” qal Guardiola, wara r-rebħa li t-team tiegħu rreġistra bl-iskor ta’ 5-0 fuq Newcastle. 

Peró skond stħarriġ li sar fuq is-sit elettroniku “Sportbible” minn 28,602 persuna, irriżulta li Liverpool huma l-aktar team mibgħud fl-Ingilterra b’41.6% segwiti minn Manchester United (35.1%), Chelsea (14.3%) u Arsenal (9%).

Sport