L-unika ċans ta’ ftit xita sewwa fuqna huwa bejn il-Ħamis fit- tard u l-Ġimgħa filgħodu. Dan hekk kif pressjoni baxxa bejn Malta u Libja ser tippersisti tul dan il-ħin imsemmi.
Dan qalu Gordon Grech fuq is-sit tiegħu Aġġornament tat-Temp. Jidher li l-indikazzjoni hija li żgur li ċ-ċentru ta’ dan il-maltemp ser ikun fuq il-baħar. Irrimarka li minkejja dan, l-iċken temp minnu għandu possibilitá ta’ xita moderata li tista’ tintensifika.
Grech tenna li wassal dan l-aġġornament, għar-raġuni li Settembru normalment ikun xott ħafna wara perjodu twil bla xita u ammont żgħir tax xita tas- sena l oħra.