Friday, November 15, 2024

“L-unika ħaġa surreali hi jekk Bernard Grech għandux iż-żmien tiegħu magħdud”

Il-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard

Aqra wkoll

Waqt li lejla l-Ministru tal-Ġustizzja Jonathan Attard waqt li kien qed jindirizza l-Parlament sostna li “l-unika ħaġa surreali f’din il-Kamra hi l-Kap tal-Oppożizzjoni jekk għandux iż-żmien tiegħu magħdud”.

Il-Ministru Attard għadda dan il-kumment meta aktar qabel fl-istess seduta l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech sostna li “qed ngħixu f’sitwazzjoni surreali”.
Il-Ministru tal-Ġustizzja kompla jgħid li “qalilna li aħna assenti. Iżda l-unika assenti kienu huma t-Tnejn li għadda fejn aħna tlabna niddiskutu b’mod imedjat l-aħħar rapport tal-Awditur Ġenerali imma l-Oppożizzjoni ddeċidiet li tirrifjuta.”
Attard staqsa “min jaf għaliex? Forsi għax ma kellux script miktub fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż?”

Hu sostna li rajna oppożizzjoni li tinjora għal kollox is-suġġett fuq l-aġenda. “Jien nagħmilha ċara li mhux se niddedika l-intervet tiegħi biex inwieġeb lill-Oppożizzjoni għax ma nafx jekk din hux se tkun prassi tal-Partit Nazzjonalista,” kompla jgħid il-Ministru Attard.

Tenna li l-Gvern mhu se jħalli lil pajjiżna jispiċċa ostaġġ tal-Oppożizzjoni, liema Oppożizzjoni m’għandiex rispett lejn id-demokrazija u sal-lum ma tistax tifhem kif sena ilu stess reġa’ tana mandat b’saħħtu biex immexxu lil dan il-pajjiż.

Kien hawn li l-Ministru Attard sfida lil Bernard Grech biex jgħid fejn l-Awditur Ġenerali rrefera għal fatt li Robert Abela ffirma xi kuntratt. “Spin totali. Qerq. Miżinformazzjoni,” sostna Jonathan Attard.

Intant waqt li kien qed jindirizza l-Parlament qabel ma bdiet il-protesta il-kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech qal li kieku hu kien fil-Gvern ma kienx jagħmel ħafna affarijiet li wettaq il-Partit Laburista minn meta ilu fil-Gvern.

Hu rrefera għal qtil ta’ Daphne Caruana Galizia fejn sostna li kienu l-Partit Nazzjonalista kien fil-Gvern hi ma kinitx tinqatel.

Hu sostna li qed hemm biex jindirizza lil dawk li għandhom tama li jkollhom fiduċja fil-politiċi. Qal li qed hemm jindirizza mhux biss lin-Nazzjonalisti, iżda wkoll lil dawk li vvotaw lill-Partit Laburista.

Qal li d-Deputati Laburisti għadhom qegħdin jiddefendu lil dawk li lanqas illum qegħdin fil-parlament.

Minkejja li kien il-Gvern li talab li ssir diskussjoni dwar ir-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar l-isptarijiet, iżda kienet l-Oppożizzjoni li rrifjutat li jsir dan, qal li d-deputati Laburisti ma jridux jiddiskutu dan ir-rapport.
Akkuża lil Prim Ministru Robert Abela li hu pupazz tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat.

Qal li qabel il-Parlament kien hemm persuna kellem lil xi ħadd minn tiegħu li qallha li “sa dalgħodu kont Laburist… issa qed hawn nipprotestaw dan in-nies”. Din mhix l-ewwel darba li Bernard Grech fid-diskori tiegħu jgħid li kellmu xi ħadd.

Ekonomija

Sport