L-Universita’ ta’ Malta u Luxol St Andrew’s huma l-finalisti tal-Laferla Futsal Trophy wara li rebħu s-semifinali tagħhom.
L-Universita’ ta’ Malta ixxalaw u għelbu lil Marsaskala Futsal Legends 8-0.
L-Universitarji stablixxew vantaġġ ta’ erba’ gowls sa tmiem l-ewwel taqsima u baqgħu aggressivi anke fit-tieni waħda sabiex ħadu dak li riedu iġifieri l-kwalifikazzjoni.
Steven Camilleri u Cristian Jose Fernandez skorjaw tliet gowls kull wieħed filwaqt li Cleavon Portelli u Stefan Vella żiedu aktar gowls għat-tim tagħhom.
Referees kienu Andrea Naudi u Clinton Cassar.
Anke Luxol St Andrew’s ftit sabu diffikulta’ sabiex xejnu l-isfida ta’ Ta’ Xbiex Futsal tant li rebħu 6-2. Għaċ-champions tal-futsal lokali spikka Jhon Anderson Castro Pulido hekk kif skorja tripletta. Marwan Telisi, Michael Borg u Emil Raducu wkoll niżżlu isimhom fost l-iskorers.
Referees kienu Clinton Cassar u Andrea Naudi.
Il-finali tal-Laferla Futsal Trophy se tintlagħab għada s-Sibt fl-4:30 fil-Padiljun tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport f’Pembroke.