Gżira United Veterans rebħu l-VMFA Trophy wara li għelbu lill-holders MFPA 4-2.
Kienet logħba emozzjonanti bil-Malta Football Players Association li stabilixxew vantaġġ iżda bil-Maroons li dawru l-iskor favurihom sabiex ħarġu bir-rebħ minn din il-partita.
MFPA marru minn fuq permezz ta’ George Frendo iżda Gżira baqgħu ffukati u dawru l-iskor favurihom grazzi għall-gowls ta’ Justin Grioli u Ian Zammit bl-ewwel taqsima li għalqet 2-1.
Fit-tieni taqsima, il-Maroons baqgħu konsistenti u skorjaw żewġ gowls oħra minn Kevin Sammut u Ian Zammit qabel ma’ Julian Galea naqqas il-marġni tal-iskor għal MFPA.
Fi tmiem il-konfront, il-president tal-Veterans Malta Football Association Malcolm Camilleri ippreżenta t-tazza lill-captain ta’ Gżira United Jonathan Pearson.
Referees kienu Gjorgji Bitri u Ray Tabone.