Thursday, March 13, 2025

L-Unjoni Ewropea tirritalja kontra t-tariffi ta’ Trump “b’kontromiżuri” ta’ €26 biljun

Aqra wkoll

L-Unjoni Ewropea irreaġixxiet u rritaljat kontra it-tariffa li impona l-President tal-Istati Uniti, Donald Trump. Fost l-oġġetti li se jkunu affettwati bil-kontromiżuri tal-Unjoni Ewropea, li se jidħlu fis-seħħ fl-1 ta’ April hemm whisky, jeans u muturi Harley-Davidson

L-UE ħabbret li l-“kontromiżuri” kummerċjali fuq €26bn  ta ‘oġġetti tal-Istati Uniti saru b’ritaljazzjoni għat-tariffi ta’ Donald Trump fuq importazzjonijiet ta ‘azzar u aluminju, u teskala gwerra kummerċjali globali.

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen, sejħet l-imposti tal-Istati Uniti ta’ 25 fil-mija fuq importazzjoni  globali tal-metalli “restrizzjonijiet kummerċjali mhux ġustifikati”.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport