Friday, April 19, 2024

L-UPE tħeġġeġ lill-edukaturi membri tagħha u li huma vulnerabbli biex jgħallmu onlajn mid-dar

Aqra wkoll

L-Unjin tal-Edukaturi Professjonali (UPE) fi stqarrija qalet li hekk kif l-iskejjel jinsab ftit jiem ‘il bogħod mill-ftuħ uffiċjali tagħhom, l-għalliema li huma meqjusin bħala vulnerabbli għandhom jibqgħu d-dar u jkunu lesti biex jgħallmu onlajn.

Fl-istqarrija, l-UPE qalet li wara li ħadet f’kunsiderazzjoni, il-kommunikazzjoni kollha maħruġa mill-Gvern, il-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Professur Charmaine Gauci, qed titlob biex jsir u jkun ippubblikat risk assessment għal kull skola. L-UPE qalet li l-edukaturi u l-pubblika inġenerali se jkun espost għal riskju kbir appena l-iskejjel jerġgħu jiftħu biex jilqgħu lit-tfal tal-iskola.

Il-UPE qalet li d-direttiva se tibqa’ fis-seħħ sakemm hi bħala Unjin isserraħ rasha li l-edukaturi tagħha mhumiex qegħdin f’riskju irresponsabbli u bla bżonn.

Sport