Monday, October 26, 2026
Home Sport La Liga: Real Madrid jirbħu l-El Clasico b’żewġ goals ta’ Kylian  Mbappé

La Liga: Real Madrid jirbħu l-El Clasico b’żewġ goals ta’ Kylian  Mbappé

0
55

Kylian Mbappé rreġistra doppjetta biex Real Madrid għelbu lil Barcelona bl-iskor ta’ 2-1 fil-265 edizzjoni ta’ El Clasico, u temmew il-bidu perfett tar-rivali tagħhom fil-LaLiga.

Mbappé fetaħ l-iskor qabel tmiem l-ewwel taqsima meta l-ballun ħabat miegħu karambola fit-tentattiv li difiża Katalana ppruvat tikklerja l-ballun.

Iżda Raphinha kiseb id-draw għal Barcelona fis-61 minuta b’xutt lejn ir-rokna tax-xibka. Meta l-partita dehret riesqa lejn draw, Mbappé skorja t-tieni goal tiegħu tliet minuti mit-tmiem, minn pass ta’ Eduardo Camavinga.

Din kienet l-ewwel rebħa ta’ Real Madrid fin-Nou Camp minn Ottubru 2023. 

Peró, Mourinho sar biss it-tielet coach fl-istorja ta’ Real Madrid li baqa’ mingħajr telfa f’sitt edizzjonijiet konsekuttivi ta’ El Clasico, 13-il sena wara li mexxa għall-aħħar darba lil Los Blancos f’dan il-konfront.

Madrid baqgħu fit-tielet post, iżda issa jinsabu tliet punti biss wara Barcelona, li tilfu wkoll is-sensiela ta’ 23 rebħa konsekuttiva f’darhom fil-kampjonat.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here