Kimi Antonelli tal-Mercedes resaq pass ieħor lejn l-ewwel titlu mondjali tiegħu fil-Formula 1 wara li rebaħ il-Grand Prix tal-Istati Uniti b’mod dominanti, quddiem l-Olandiż Max Verstappen (Red Bullu) u s-sewwieq minn Monaco, Charles Leclerc (Ferrari)
Is-sewwieq Taljan ta’ 20 sena għandu vantaġġ ta’ 123 punt fuq sieħbu tal-Mercedes, George Russell, u jista’ jiġi inkurunat champion fil-Messiku fi tmiem il-ġimgħa li ġej. Antonelli jista’ jikseb it-titlu anke jekk jispiċċa fid-disa’ post, jekk Russell jirbaħ it-tellieqa.
Antonelli kellu bidu mill-aqwa u wettaq strateġija effettiva b’waqfa waħda fil-pits, filwaqt li l-biċċa l-kbira tar-rivali tiegħu waqfu darbtejn. Huwa temm 16-il sekonda qabel Leclerc.
Russell, li beda mis-sitt post, sofra penalitá ta’ ħames sekondi u spiċċa fit-tmien post. Hamilton temm ir-raba’, u t-tnejn għadhom matematikament biċ-ċansijiet għat-titlu għalkemm huma limitati ħafna.
Il-klassifika ġenerali (ta’ fuq) hija: 365 – Kimi Antonelli; 242 – George Russell; 241 – Lewis Hamilton; 236 – Max Verstappen; 233 – Charles Leclerc; 211 – Lando Norris; 144 – Oscar Piastri







