Monday, October 26, 2026
Home Sport Malta Premier League: Paritá f’partita li fiha ngħataw tliet penalties

Malta Premier League: Paritá f’partita li fiha ngħataw tliet penalties

0
56
Ritratti: Mark Mangion

GZIRA UNITED ………………..…..2

BIRŻEBBUĠA ST PETER’S ………2

Gżira United u Birżebbuġa St Peter’s temmew fi draw ta’ 2-2 f’partita spettakolari fil-Victor Tedesco Stadium, li offriet football offensiv, diversi okkażjonijiet ta’ skor u tliet penalties matul id-90 minuta.

Sa mis-suffara inizjali, Gżira United ħarġu fuq l-attakk u wara seba’ minuti Mohamed Ange Fofana sab ix-xibka minn free-kick, iżda l-goal ma ngħatax minħabba li l-attakkant mess il-ballun b’idu. Fit-tieni tentattiv perikoluż tagħhom, Gabriel Mentz Bohrer laqat il-mimduda minn free-kick dirett, filwaqt li Andrew Borg ukoll resaq qrib li jiskorja b’xutt minn barra l-kaxxa.

Birżebbuġa St Peter’s bdew joħolqu l-periklu wara l-ewwel nofs siegħa, b’Alex Bruno jhedded il-lasti avversarji. Madankollu, kienu l-Maroons li fetħu l-iskor fit-42 minuta permezz ta’ Francisco Saldanha, li skorja b’xutt mill-bogħod.

Fid-49 minuta, Birżebbuġa ngħataw penalty wara li Marc Font van de Bovenkamp waqqa’ lil GABRIEL Goncalves Costa fil-kaxxa. Wara verifika permezz tal-Football Video Support, id-deċiżjoni ġiet ikkonfermata u Gabriel Costa Goncalves għeleb lill-goalkeeper b’xutt fil-baxx biex għamel l-iskor 1-1.

Fit-63 minuta, Gżira reġgħu marru fil-vantaġġ meta Mohamed Ange Fofana twaqqa’ fil-kaxxa. Gabriel Mentz Bohrer inkariga ruħu mill-penalty u tefa’ xutt b’saħħtu fir-rokna tax-xibka biex għamilhom 2-1.

Peró, il-vantaġġ tal-Maroons dam biss ħames minuti, hekk kif Birżebbuġa ngħataw it-tieni penalty  wara li Gabriel Costa Goncalves deher jitwaqqa’ minn Luis Gabriel Moreira. Wara l-intervent tal-Football Video Support, ir-referee Ezekiel Barbara kkonferma d-deċiżjoni. GABRIEL Goncalves Costa reġa’ skorja mill-11-il metru biex kiseb id-doppjetta personali u ġab id-draw ta’ 2-2.

Gzira U.: Edoardo Colombo, Albion Pllana, Gabriel Bohrer Mentz, Deacon Abela, Andrew Borg, Luis Gabriel Moreira De Souza (Jonathan Leonardo Farias 87), Brooklyn Borg, Marc Van De Bovenkamp Font, Maio Filipe Bartolomeu, Francisco Saldanha De Morais, Mohamed Ange Fofana – Coach: Darren Abdilla

Birżebbuġa SP: Mattia Chiesa, Gustavo Felipe De Campos Goncalves, Miguel Azzopardi, Yuri De Jesus Messias (Stipe Tokic 46), Rasmus Dupont Linden (Luis Carlos Riascos 80), Gabriel Costa Goncalves (Pietro Tomaselli 85), Kurt Bondin (Zachary Cassar 46), Juan Andres Bolanos Ramirez, Alex Bruno De Souza Silva, Zachary Scerri, Jackson Usuga Mendoza  – Coach: Luciano Santana

Referee: Ezekiel Barbara

assistenti: Duncan Spencer, David Castillo

Raba’ Uff.: Ishmael Barbara

Skorers: F. Saldanha 42, G. Bohrer Mentz 65 pen (GU); G. Goncalves 51, 72 (BSP)

Ammoniti: D. Abela, M. van de Bovemkamp, J. Faris (GU); G. Goncalves Costa, M. Azzopardi, Z. Cassar (BSP)

Player tal-Logħba: Gabriel Goncalves Costa (Birżebbuġa SP)

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here