Il-futur ta’ Michael Carrick bħala coach ta’ Manchester United jinsab f’dubju serju wara t-telfa ta’ 3-0 f’darhom kontra Bournemouth, li kompliet tiggrava l-kriżi li għaddej minnha l-club.
Skont rapporti fil-midja Ingliża, is-siden tal-United qed jikkunsidraw il-pożizzjoni ta’ Carrick wara li t-team rebaħ darba biss fl-ewwel tmien logħbiet tiegħu fil-Premier League. It-telfa kontra Bournemouth waslet wara dik ta’ 4-1 kontra Como fiċ-Champions League, li kompliet iżżid il-pressjoni fuq il-coach.
Carrick, li kien wassal lir-Red Devils għall-kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League fl-istaġun preċedenti, qal li jaċċetta r-responsabbiltà għas-sitwazzjoni u li se jkompli bil-ħidma tiegħu sakemm tittieħed deċiżjoni.
Eddie Howe, Julian Nagelsmann u Antonio Conte qed jissemmew bħala kandidati possibbli jekk il-club jiddeċiedi li jagħmel bidla fit-tmexxija teknika.




