Saturday, May 4, 2024

Laboratorju f’Malta qed jistudja test għall-Covid19 li jista’ jsir mill-pubbliku

Aqra wkoll

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li laboratorju f’pajjiżna qed janalizza kemm huma effettivi ‘rapid test kits’ fejn persuna tista’ tagħmel test fuqha nnifisha biex tara għandhix il-coronavirus.

Fil-Parlament huwa spjega kif dan it-test isir billi l-persuna tieħu qatra demm u f’temp ta’ kwarta tkun taf jekk għandhix il-virus jew le.
Fearne semma wkoll kif ir-riżultat fi ħdan il-laboratorju dwar l-effettivita ta’ dan it-‘test kit’ għandu jkun lest sal-ġimgħa d-dieħla u jekk ikunx jista’ jintuża mill-poplu jew le.

Dwar is-sitwazzjoni tal-coronavirus il-Ministru Fearne sostna li bħalissa l-‘curve’ tinstab ħarira aħjar mill-‘curve’ li fl-agħar tagħha nistgħu nlaħħqu magħha u reġa’ tenna li jekk il-poplu jibqa’ juri maturita nersqu aktar lejn sitwazzjoni fejn nistgħu nnaqsu l-miżuri.

Sport