Saturday, November 23, 2024

Ladarba l-EMA tawtorizza t-tilqima għat-tfal pajjiżna diġà għandu l-ordni lesta

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Id-Deputat Prim Ministru, waqt li kien qiegħed jaġġorna lill-pubbliku dwar il-proċess tat-tilqim qal ukoll li f’dawn il-jiem beda jingħata l-booster lil dawk li għandhom bejn 60 u 69 sena. “Diġà lħaqna terz tal-persuni kollha f’din il-kategorija u l-pjan li sat-tieni ġimgħa ta’ Diċembru nkunu offrejna t-tilqima lil kull min għandu ‘l fuq minn 60 sena f’pajjiżna. Qed inġibu l-programm ‘il quddiem b’madwar tliet ġimgħat.”

Sostna li l-pjan hu li minn nofs Diċembru tibda tingħata t-tilqima addizjonali lil dawk li għandhom ‘il fuq minn 50 sena. “Il-mira hi li sal-aħħar tas-sena nkunu offrejna l-booster lil dawk kollha li għandhom aktar minn 50 sena.”

Fearne qal li għal persuni li għandhom aktar minn 60 sena qed jintbagħtilhom invit id-dar mentri dawk li huma taħt is-60 sena se jintalbu jirreġistraw. Fil-fatt, huwa ħabbar li minn nhar it-Tnejn li ġej, dawk ‘il fuq minn 50 sena jistgħu jirreġistraw biex jieħdu l-booster dose minn fuq is-sit vaccin.gov.mt.

F’dak li jirrigwardja t-tilqim lil tfal ta’ bejn il-5 u 11-il sena, id-Deputat Prim Ministru sostna li l-awtoritajiet tas-saħħa qegħdin jistennew, possibilment anke għada stess, li l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini toħroġ b’opinjoni dwar jekk għandhiex tkun awtorizzata t-tilqima lit-tfal.

“Jekk tkun awtorizzata mill-EMA diġà għandna l-ordni tagħna lesta. Id-dożi għat-tfal se jkunu differenti minn dawk li ngħataw l-adulti. Qed nippjanaw li jekk kollox imur kif qed nistennew sa nofs Diċembru jkollna l-ewwel dożi tal-vaċċin tat-tfal kontra l-Covid-19 f’pajjiżna u b’hekk nibdew inlaqqmuhom minn Diċembru stess. Se nibdew bi tfal li għandhom mard kroniku u vulnerabbli mbagħad ninżlu skont l-etajiet,” spjega Fearne.

Sport