Wednesday, April 24, 2024

Lautaro Martinez jiddċiedi favur Inter fid-Derby della Madonnina

Aqra wkoll

Daqqa ta’ ras ta’ Lautaro Martinez kienet biżżejjed biex iddeċidiet d-Derby dell Madonnina hekk kif Inter għelbu lil Milan bl-iskor ta’ 1-0.

Kienet rebħa meritata minħabba li n-Nerazzurri ddominaw għal ħafna ħinjiet u wara li Lautaro u Edin Dzeko resqu viċin li jiftħu l-iskor, fl-34 minuta, meta mill-corner ta’ Hakan Calhanoglu, Lautaro Martinez ikkonkluda bir-ras li kienet megħjuna minn devjazzjoni ta’ Simon Kjaer. 

Dan kien is-seba’ goal tal-attakkant Arġentin f’dan id-derby kontra Milan, biex issa jinsab fit-tieni post wara Steano Nyers li skorja 11-il goal Inter.

Min-naħa l-oħra, din kienet is-sitt darba li Milan sofrew l-ewwel goal u s-seba darba nfila mingħajr rebħa. 

Lejn it-tmiem, l-istess Lautaro ħaseb li skorja t-tieni goal għal Inter wara pass ta’ Lukaku iżda kien senjalat għal offside marġinali.   

Sport