Tuesday, April 23, 2024

Il-leaders Barcelona jiftħu vantaġġ ta’ tmien punti

Aqra wkoll

Fil-Kampjonat Spanjol, Barcelona approfittaw mit-telfa ta’ Real Madrid kontra Mallorca (1-0) biex fetħu tmien punti vantaġġ fil-quċċata tal-klassifika b’rebħa impressjonanti ta’ 3-0 fuq Sevilla. 

Din ir-rebħa kienet l-10 waħda tagħhom fl-aħħar 11-il partita filwaqt li l-Katalani issa huma bla telfa fi 15-il partita fil-kompetizzjonijiet kollha. 

Peró din il-partita ma kellhiex bidu tajjeb minħabba li Barcelona tilfu lil Sergio Busquets minħabba li sofra injury wara biss erba’ minuti biex Franck Kessie kellu jidħol fil-post tiegħu. 

Wara taqsima mingħajr goals, it-team immexxi minn Xavi Hernandez skorja tliet darbiet mingħajr risposta. 

Kien Jordi Alba (58) li fetaħ l-iskor meta kkonkluda mill-assist ta’ Kessie. 

Fis-70 minuta, huma rduppjaw meta Gavi kompla l-ballun għal ġewwa wara xogħol tajjeb ta’ Raphinha. 

Disa’ minuti wara, l-istess Raphinha (li kien qed jilgħab fl-assenza tal-imweġġa’ Ousmane Dembele) inkuruna l-wirja tiegħu billi ssiġilla r-rebħa meta sammar il-ballun fix-xibka mill-cross ta’ Alba. 

Sport