Friday, May 3, 2024

Lazio se jagħtu l-flus lura lill-partitarji li marru d-Danimarka 

Aqra wkoll

Lazio se jkunu qed jagħtu l-flus tal-biljetti lura lil dawk il-partitarji li qasmu l-Italja sabiex imorru d-Danimarka jaraw lit-tim tagħhom jilagħbu kontra Midtjylland wara t-telfa umiljanti li sofrew kontra l-istess team bl-iskor kbir ta’ 5-1. 

B’hekk madwar 225 spettatur se jieħdu l-flus lura hekk kif opponew bis-sħiħ il-wirja fqira li taw it-tim favorit tagħhom.  

Din mhux l-ewwel darba li team Taljan radd lura l-flus tal-biljetti lill-partitarji tiegħu hekk kif fl-istaġun li għadda, Roma kienu għamlu l-istess lil 166 partitarju li raw id-disfatta kontra Bodo/Glimt fin-Norveġja. 

Sport