Tuesday, April 23, 2024

ARA: David Beckham għamel 13-il siegħa fil-kju biex isellem lir-Reġina

Aqra wkoll

L-eks captain tat-tim nazzjonal Ingliż David Beckham ingħaqad fil-kju pubbliku li nġabar biex isellem lir-Reġina u ddeskriva l-mument bħala “speċjali li tkun hawn”.

Huwa ngħaqad ma’ figuri oħra ta’ profil għoli li dehru jistennew biex isellmu lir-Reġina Eliżabetta II, fosthom l-eks Prim Ministru Theresa May u l-preżentaturi ta’ This Morning Holly Willoughby u Phillip Schofield.

Beckham, li għamel fil-kju għal 13-il siegħa, kien ġie rikonoxxut mill-ordni għas-servizzi fil-futbol f’Ġunju tas-sena 2003 fil-lista tal-unuri ta’ għeluq snin ir-Reġina.

Sport