Friday, April 19, 2024

Bosta maħsudin bil-mewt ta’ Jessica, tfajla b’qalb tad-deheb u mħabba bla qies għall-annimali

Aqra wkoll

“It-tifla tagħna Jessica Da Silva Pires mietet imdawra mill-familja tagħha”. Ħabbret dan omm it-tfajla li mietet wara żmien tbati minn kundizzjoni li rata anke tidħol għal attenzjoni fl-Isptar. 

L-omm iddeskriviet lil bintha bħala tfajla b’qalb tad-deheb li dejjem kienet hemm għall-ħbieb tagħha u x-xerred il-ferħ kull fejn tkun.

“Naf li ma tistax tismagħni imma kont waħda minna u se nimmisjawk ħafna”. Qal dan Anton Cutajar, sid l-Arka ta’ Noe, il-post fejn il-mibkija Jessica kienet tkun fis-seba’ sema meta tara li tista’ tgħin lil ħaddieħor.

Huwa fakkar f’kemm it-tfajla kienet tgħin minn qalbha fil-post u l-imħabba li kienet turi lejn l-annimali li tant jinżammu bi mħabba fil-post.

Sport