Friday, December 1, 2023

LCA b’kollaborazzjoni għall-ewwel darba fis-Summer Camp

Aqra wkoll

Local Councils’ Association Malta għall-ewwel darba din is-sena ikkollaborat fis-Summer Camp li kien organizzat ġewwa l-MCAST għal dawn l-aħħar xharejn.

Uffiċjali tal-LCA iltaqgħu ma’ diversi żgħażagħ fejn magħhom iddiskutew l-irwol tal-Kunsilli Lokali u dawk Reġjonali kif ukoll l-importanza li kull resident juri impenn fit-tmexxija tal-lokal.

Wara li ntemmet l-attività l-uffiċjali ta’ LCA mmexxija mill-President Mario Fava qalu li jinsabu sodisfatti ħafna li kien hemm ħafna żgħażagħ li ħallew id-dettalji tagħhom sabiex jinvolvu ruħhom fil-ħidma tal-Kunsill u jkunu involuti fil-proġett li jmiss tal-Asoċjazzjoni Kunsilli Lokali.

Sport