Wednesday, October 9, 2024

Ir-Re Karlu III kien diżappuntat b’Harry għax xtaq li jkollu tifla

Aqra wkoll

Il-midja Ingliża qiegħda tirraporta li f’tapes li s’issa qatt ma ħarġu fil-pubbliku, il-Prinċipessa Diana tgħid li r-Re Karlu III kien “imdejjaq” meta twieled Harry minħabba li hu xtaqt li jkollhom tifla.

Il-prinċipessa Diana li lbieraħ tfakkar is-26 sena anniversarju mill-mewt tagħha, qalet hekk fil-bidu tas-snin 90 waqt li Andrew Morton li kien qiegħed jikteb il-biografija tagħha.

Qiegħed jingħad li dawn it-tapes se jkunu ppubblikati f’dokumentarju li se jinħareġ dalwaqt biex ifakkar il-mewt tal-Prinċipessa.

Skont Diana, ir-Re Karlu III qal lil ommha Frances Shand Kydd waqt il-magħmudija ta’ Harry fl-1984 li “aħna ninsabu verament diżappuntati bit-twelid ta’ dan it-tifel. Konna qegħdin naħsbu li se tkun tifla.”

Meta se jinħareġ dan id-dokumentarju jista’ jagħmel aktar ħsara milli diġà hemm fir-relazzjoni ta’ bejn ir-Re Karlu III u ibnu Harry li kien abbanduna l-familja Rjali u t-titli kollha li ġġib magħha biex mar jgħix flimkien ma’ martu fl-Istati Uniti.

Sport