Saturday, December 21, 2024

League Cup: Pass minn Middlesbrough lejn il-finali

Aqra wkoll

Chelsea tilfu bosta ċansijiet ta’ skor u pattew qares hekk kif sfaw megħluba mit-team taċ-Championship, Middlesbrough, bl-iskor ta’ 1-0 liema partita kienet valida mill-ewwel leg tas-semi-finali tal-League Cup li ntlagħbet f’Riverside Stadium. 

L-uniku goal tal partita wasal fis-37 minuta permezz ta’  Hayden Hackney li xeħet fix-xibka mill-cross ta’ Isaiah Jones.

Cole Palmer falla tliet opportunitajiet faċli hekk kif Chelsea kellhom 18-il xutt li ħamsa minnhom inkwadraw il-lasti. 

Il-Boro, li tilfu sitt logħbiet f’darhom fil-kampjonat f’dan l-istaġun, jieħdu dan il-vantaġġ għat-tieni leg li se jintlagħab fit-23 ta’ dan ix-xahar, fi Stamford Bridge. 

Huma niżlu għal din il-partita bi 12-il player regolari neqsin minħabba injuries u waqt dan il-konfront tilfu wkoll  lill-attakkant Emmanuel Latte Lath u lid-difensur xellugi Alex Bangura fl-ewwel 20 minuta.

Proprju fl-ewwel minuta, il-Boro ġew imċaħħda minn dak li deher penalty ċar meta Lath approfitta minn daqqa ta’ ras dgħajfa ta’ Levi Colwill, avvanza iżda ġie mwaqqa’ fil-kaxxa minn Axel Disasi … bir-referee jinjora l-appelli tal-players hekk kif ma kienx hemm l-użu tal-VAR. 

Li kieku ngħata l-penalty, Disasi kien jitkeċċa.

Ekonomija

Sport