Wednesday, July 24, 2024

Waterpolo tal-LEN: Malta se tilgħab għall-klassifikazzjoni bejn it-13 u s-16-il post

Aqra wkoll

Fil-Kampjonat Ewropew tal-waterpolo tal-LEN, Malta se tilgħab fil-klassifikazzjoni bejn it-13 u s-16-il post hekk kif spiċċaw fit-tielet post ta’ Grupp C. 

Il-Ħamis se niffaċċjaw lis-Slovenja li spiċċaw fl-aħħar post fi Grupp D mingħajr l-ebda punt. 

Filwaqt li Malta sofriet żewġ telfiet kontra l-Ġermanja 18-13 u s-Serbja 21-4, hija għelbet lill-Iżrael 13-11. 

Min-naħa ta’ Slovenja dawn sfaw megħluba mis-Slovakkja 11-7, mir-Rumanija 13-5 u mill-Olanda 23-7. 

Il-logħba l-oħra għall-istess klassifikazzjoni hija dik bejn is-Slovakkja u l-Iżrael. 

Il-logħba ta’ Malta se tintlagħab f’Dubrovnik u tibda fit-8.15 pm. 

Ekonomija

Sport