Wednesday, July 24, 2024

Tottenham jiffirmaw lil Timo Werner

Aqra wkoll

Tottenham Hotspur ħabbru li ffirmaw lill-attakkant Ġermaniż Timo Werner b’self mingħand RB Leipzig sal-aħħar tal-istaġun.

Dan it-trasferiement ta’ dan il-players ta’ 27 sena jinkludi għażla li jsir permanenti fis-sajf.

Werner se  jsaħħaħ l-għażliet fl-attakk għal Tottenham b’Son Heung-min qed jaqdi r-responsabbiltajiet tiegħu mat-team nazzjonali tal-Korea t’Isfel fit-Tazza tal-Asja filwaqt li  James Maddison se jdum barra mill-azzjoni minħabba injury. 

“Tkellimt mal-manager, Ange Postecoglou, u pperswadieni li niffirma,” qal Werner.

“Huwa mill-ewwel qalli x’irid minni u li se nkun parti integrali mill-pjani tiegħu.

“Barra minn hekk jien nilgħab għall-istil tiegħu u nemmen li se ngħid lit-team jilħaq l-objettivi tiegħu.”

Werner għandu esperjenza fil-Premier League ma’ Chelsea wara li ngħaqad mal-Blues fi trasferiment li kien jiswa £45 miljun mingħand il-club tal-Bundesliga, Leipzig, fl-2020.

Huwa skorja 23 goal minn 89 partita għall-Pensioners filwaqt li rebaħ iċ-Champions League, is-Super Cup u t-Tazza tad-Dinja tal-Clubs, qabel ma rritorna ma’ Leipzig fl-2022.

Ekonomija

Sport