Lazio għadhom jevalwaw il-profil tal-plejer ta’ nofs il-grawnd Leandro Paredes. Dan tal-aħħar għadu ġej minn perjodu ta’ self ma’ Juventus fejn kellu t-tlugħ u l-inżul tiegħu iżda issa rritorna ma’ Paris St Germain.
Minkejja kollox, i Biancocelesti mhux l-uniku tim li qed jiġri wara l-firma tal-plejer Arġentin minħabba li anke Galatasaray ikkuntattjaw lill-aġent tiegħu.
Paredes għandu 29 sena u fl-istaġun li għadda skorja gowl wieħed f’25 dehra ma’ Juventus.