Rapporti qed isostnu li se jkun diffiċli li Rafael Leao jibqa’ fuq il-bank tas-sostituti għat-tim nazzjonali Portugiż filwaqt li minfloku jilgħab Cristiano Ronaldo speċjalment bil-forma kuntrastanti li għaddejjin biha ż-żewġ players.
Leao qed ikun ta’ ispirazzjoni għal AC Milan hekk kif qed jiskorja diversi goals filwaqt li Ronaldo lanqas biss qed jilgħab regolari mal-club tiegħu Manchester United.
Il-Portugall jinsabu fil-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja li tibda x-xahar id-dieħel.