Wednesday, April 24, 2024

Arsenal jixħtu l-attenzjoni fuq Piero Hincapie ta’ Bayer Leverkusen

Aqra wkoll

Arsenal qed isegwu b’interess il-progress tad-difensur ċentrali ta’ Bayer Leverkusen Piero Hincapie. Huwa għandu 20 sena u hu ta’ nazzjonalitá Ekwadorjana. Hu qed jimpressjona ferm fir-rwol ċentrali fid-difiża tant li l-Gunners bagħtu xi scouts fil-Bay Arena sabiex jaraw iktar fil-viċin.

Hincapie ilu f’Leverkusen sa mis-sena 2021 u skorja goal fi 33 partita. Hu wkoll membru fit-tim nazzjonali tal-Ekwador fejn lagħab 21 partita u skorja goal.

Sport