Friday, May 17, 2024

Leny Yoro segwit minn Chelsea u Real Madrid

Aqra wkoll

Chelsea u Real Madrid wara Yoro

Chelsea u Real Madrid lesti li jiksbu s-servizzi tad-difensur ċentrali Leny Yoro. Dan tal-aħħar għad għandu 18-il sena u qed jispikka mal-klabb tiegħu Lille fejn il-kowċ Paulo Fonseca diġa’ lagħbu f’35 okkażjoni għal madwar 2936 minuta. Hu saħansitra skorja tliet gowls staġjonali minkejja l-pożizzjoni li jilgħab fiha.

Ir-rieda ta’ Yoro hu li jmur ma’ Real Madrid minħabba li jammira ħafna lil dan il-klabb speċjalment għax għandu eks-plejers ta’ dan it-tim li huma l-idoli tiegħu.

Lille qed jitolbu s-somma ta’ €100 miljun għalih.

Sport