Friday, July 24, 2026
Home Sport Leonardo Bonucci ma’ Fiorentina?

Leonardo Bonucci ma’ Fiorentina?

0
335

Bosta ġurnali Taljani qed jispekulaw li d-difensur internazzjonali Taljan Leonardo Bonucci jista’ jingħaqad ma’ Fiorentina fil-jiem li ġejjin. Dan tal-aħħar mhux se jibqa’ ma’ Juventus u qed ifittex klabb ieħor.

Minkejja kollox, pront waslet stqarrija minn Fiorentina fejn qalu li mhumiex interessati fih.

Sadanittant, Union Berlin mill-Ġermanja kkuntattjaw lil Bonucci minħabba li jridu jsaħħu l-iskwadra anke għax matul dan l-istaġun se jkunu qed jilagħbu fil-UEFA Champions League.