Jidher li l-winger internazzjonali Ġermaniż Leroy Sane għamel id-deċiżjoni dwar il-futur tiegħu għalkemm xejn m’għadu ġie kkonfermat. Fil-fatt, minkejja li l-plejer ta’ 29 sena kien imsemmi li jista’ jingħaqad ma’ Arsenal u Liverpool. Madankollu, rapporti jsostnu li l-eks plejer ta’ Manchester City ġie offrut kuntratt ġdid minn Bayern Munich sas-sajf tal-2028 u jikkunsidra li jaċċettah – anke jekk ikun b’salarju mnaqqas.
Sane hu plejer stabbilit fejn fil-passat lagħab ukoll ma’ Schalke 04.