Saturday, September 14, 2024

Lewis Ferguson se jġedded ma’ Bologna

Aqra wkoll

Skont diversi ġurnali Taljani, Bologna offrew estensjoni fil-kuntratt tal-captain Lewis Ferguson, proposta li hu aċċetta bil-qalb kollha. Il-plejer Skoċċiż ta’ 25 sena se jkun qed jiffirma ftehim ġdid li jżommu fi Stadio Dall’Ara sat-30 ta’ Ġunju 2029.

Ferguson ilu mal-Felsinei sa mis-sena 2022 fejn hu lagħab 63 logħba u skorja 13-il gowl. Fil-passat hu kien jilgħab ma’ Hamilton u Aberdeen.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport