Min-naħa tiegħu l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech qal li l-art taż-Żonqor qatt ma kellha tingħata lill-barranin. Grech qal li l-art qatt ma kellha tittieħed minn idejn il-Maltin, b’mod speċjali minn idejn l-Iskalin. Saħaq li l-Partit Nazzjonalista mill-bidu nett emmen li din kienet ħadma. Grech allega li Robert Abela qiegħed juża l-American University of Malta minflok jgħid li l-art għaddiet f’idejn l-ispekulaturi.
Rigward il-ftehim, Grech qal li dan ikun għaż-żewġ naħat. Rigward ir-rabta tal-ftehim, Grech staqsa jekk hemmx xi rbit ieħor li l-poplu ma jafx bih u kompla biex jgħid li iva, il-poplu ma’ dan il-gvern jaf fejn qiegħed hu u joħodlu l-art tiegħu. Grech saħaq li l-Oppożizzjoni kienet hemm għan-nies tant li kellu jċedi għall-proġett propost tal-marina minħabba l-pressjoni li saritlu minnha.
Huwa kkonferma li l-Oppożizzjoni kienet se tivvota kontra r-riżoluzzjonijiet proposti. Huwa sostna li din l-art kellha tingħata lill-poplu Malti li għandu bżonn l-għajnuna, anke bi prezzijiet aħjar biex verament ikun qiegħed iħares l-interessi tal-poplu Malti u Għawdxi.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li inutli jgħid li dan il-gvern għandu għal qalbu lill-Beltin, din il-ġimgħa “sawwat” lill-Beltin meta baqa’ għaddej romblu minn fuqhom bil-liġi li se twassal għal storbju sas-1:00 a.m jew iktar.