Monday, April 7, 2025

Li naħdem fl-isport u l-iktar fil-futbol kienet dejjem il-ħolma ta’ ħajti – Aaron Ancilleri

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif iddeċidejt li ssir sports massage therapist?

Iddeċidejt li nibda naħdem bħala Sports massage therapist minn meta kelli 16-il sena. 

Naħseb illi naħdem fl-isport u l-iktar fil-futbol kienet dejjem il-ħolma ta’ ħajti. Minn etá żgħira dejjem kont immur l-grawnd (Pacegrasso) ma’ missieri nara lil Vittoriosa Stars – il-klabb favorit tiegħi u tal-lokal tiegħi u fejn hemmhekk sirt naf lil Nazju Grima li kien il-Masseur tal-Birgu kif ukoll tan-Nazzjonal ta’ Malta.

Hemmhekk beda jħajjarni naqbad il-professjoni ta’ Sports Massage therapist u jien kont ninteressa ruħi u ftit ftit bdejt naħdem mal-klabb tal-Birgu. 

Kemm ili naħdem fil-futbol ħdimt ma’ diversi klabbs fosthom Valletta FC, Floriana F.C, Gzira United FC u issa ili dawn l-aħħar erba’ snin ma’ Hamrun Spartans FC, peró, l-isbaħ ħaġa li nħossni fortunat li kelli u għadni nesperjenza sal-lum il-ġurnata hija li naħdem mat-tim nazzjonali Malti. Onestament kultant ma nemminx li ħdimt madwar 78 partita man-nazzjonal. 

Kif tqis il-menatlitá tal isport f’pajjiżna u kif rajtha tinbidel matul is-snin?

L-isport f’pajjiżna nbidel ħafna speċjament fil-futbol fejn kelli l-fortuna naħdem ma’ ħafna kowċis u staff differenti allura rajt ħafna kambjamenti fosthom li daħlet ħafna teknoloġija ġdida biex ittejjeb il-prestazzjomi tal-atleta. Ħafna mill-plejers illum il-ġurnata huma professjonali għalkemm l-kelma ‘professjonali’ ma jfissirx li xogħlok huwa l-futbol imma l-istil ta’ ħajja tal-plejers.

Sfortunatament ukoll ħaga li tweġġani hi li ħafna mill-klabbs jaraw lill-masseur jew il-fiżjoterapisti żejda u jippreferu jonfqu ħafna flus fuq plejer li ġieli lanqas ikollhom bżonnu.

Li jkollok tim mediku kwakifikat u esperjenzat jista’ jkun ta’ benefiċċju kbir għal kull klabb fejn il-plejer jista’ jkollu prestazzjonijiet aħjar u jkun preparat aħjar kemm fiżikament u anke mentalment.

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq isir sports massage therapist.

Nixtieq ngħid liż-żgħażagħ kollha li jixtiequ jsiru Sports Massage therapists biex jieħdu l-opportunitá li tiġihom u għall-bidu ma joqgħodux iħarsu biss lejn flus. Li tibni esperjenza u tistudja huwa importanti u taqtgħu qalbkom qatt u segwu dejjem il-ħolm tagħkom. Meta kont tifel kien hemm għalliem tal-Edukazzjoni Fiżika (PE) li qalli int fl-isport la tikber mhu ħa tasal imkien!

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport