Wara li llum kompliet il-kumpilazzjoni kontra Roderick Cassar dwar il-qtil ta’ martu, fuq il-midja nġibdet l-attenzjoni rigward ix-xewqa li kienu esprimew il-familja ta’ Bernice biex kunjomha jintuża dak li kellha xebba, iġifieri Cilia.
Fost dawk li kkummentaw kiteb ir-raġel tal-avukata Lara Dimitrijevic li fakkar dwar dan u żied jgħid li Cassar kien l-eks raġel tagħha u kienet qiegħda tagħmel minn kollox biex ma tibqax tiġi kontrollata minnu.
“Bernice ħallsejt l-ogħla prezz waqt li kienet assoċċjata miegħu”, kompla biex jgħid Dimitrijevic filwaqt li sostna li mhix xi ħaġa sabiħa li hija tibqa’ tiġi rreferuta bħala Cassar anke wara dak kollu li seħħ.
“Naħseb hija l-inqas ħaġa li nistgħu nagħmlu biex nirrispettaw din ix-xewqa…”, tenna Dimitrijevic.