Tuesday, May 14, 2024

Raġel iweġġa’ gravi wara li nqaleb bil-buggy fin-Nadur

Aqra wkoll

Żewġ persuni kellhom jittieħdu l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex wara li għall-ħabta tal-10:15 a.m kienu involuti f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Daħlet Qorrot, limiti tan-Nadur, Għawdex.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 35 sena u mara ta’ 34 sena, it-tnejn residenti Birkirkara kienu sofrew xi ġrieħi wara li kienu għaddejjin b’beach buggy, is-sewwieq tilef il-kontroll u nqalbu.

Huma ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdu l-isptar b’ambulanza, fejn ir-raġel ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ta’ natura gravi filwaqt li l-mara ma sofriet l-ebda ġrieħi.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Brigitte Sultana li ħatret Inkjesta filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Sport