Friday, November 15, 2024

”Li tkun gay huwa dnub imma mhux reat”

Il-Papa Franġisku

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-Papa Franġisku għamilha ċara dwar kif is-sentimenti li jħoss dwar il-kriminalizzazzjoni tal-omosesswalità. Huwa stqarr li din hija xi ħaġa inġusta, filwaqt li żied jgħid li għalih nies LGBTIQ+ fil-knisja huma milqugħa.

F’intervista li saret mal-Papa Franġisku, huwa spjega li jekk persuna tkun omosesswali, mhuwiex reat, minkejja li xorta jitqies bħala dnub. Huwa qal li trid issir distinzjoni bejn dnub u reat.

Żied jgħid li, it-tagħlim tal-Knisja Kattolika jgħid li l-omosesswali għandhom jiġu milqugħa fil-knisja u trattati b’rispett u qalb tajba, minkejja l-fatt li atti omosesswali huma meqjusa bħala “intrinsikament diżordinati.”

Ekonomija

Sport