Thursday, March 20, 2025

Li tkun kowċ ta’ Pietá H. awtomatikament trid temmen fl-iżvilupp tal-plejers inkella mhux se ssibek komdu taħdem – Manuel Caruana

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?

L-imħabba tiegħi lejn il-futbol bdiet bħal kull tifel dak iż-żmien. Ma tantx kien hawn għażliet ta’ sports oħra dak iż-żmien u kienet kważi xi ħaġa ovvja li tibda tilgħab futbol mal-ħbieb. 

Iddeskrivi l-esperjenza preżenti tiegħek bħala kowċ ta’ Pietà Hotspurs FC.

Li tkun kowċ ta’ Pietá H. awtomatikament trid temmen fl-iżvilupp tal-plejers inkella mhux se ssibek komdu taħdem. Kollox fih il-vantaġġi u l-iżvantaġġi imma din is-sena nħossni integrajt iktar fil-familja tal-Pietá. Inħossni komdu naħdem u niżviluppa l-ħafna talent li hemm.

X’tikkummenta fuq l-andament tat-tim tiegħek matul dan l-istaġun sa issa?

Jien nemmen li dejjem trid taspira li tiġġieled biex tieħu prozzjoni imma ovvjament mhux faċli u hemm l-avversarji li se jippruvaw ukoll. Kien hemm mumenti dan l-istaġun fejn nemmen li stajna għamilna aħjar imma kollox ma’ kollox, kellna ħafna mumenti tajbin. 

X’inhuma t-tragwardi tagħkom għal dan l-istaġun?

It-tragward tagħna huwa dak li nibqgħu sal-aħħar mat-timijiet ta’ quddiem. 

Kif tqis il-livell tal-futbol Malti fil-preżent?

Jien l-iktar li nsegwi huwa l-BOV Challenge League u meta nikkumparah ma’ sa ftit snin ilu nemmen li l-livell tjieb. Dejjem trid iżżomm f’moħħok li l-livell huwa non-professjonali, u allura dejjem se jibqa’ lura meta kkomparat ma’ pajjiżi oħra.

U dak tar-riżorsi (grawnds) fejn tilagħbu l-logħob tagħkom?

Ifhem, aħna nilagħbu s-Centenary Stadium u l-Victor Tedesco Stadium u nemmen li l-livell tal-grawnds huwa wieħed tajjeb. 

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jibda jilgħab il-futbol.

Se nerġa’ ngħaddilek l-istess messaġġ li kont għaddejtlek meta intervistajtni meta sirt kowċ ta’ Pietá H. Il-futbol iżommok ‘il bogħod mill-vizzji u jagħtik skop sabiħ kif tħares lejn il-ħajja. Ikabbarlek karattru u jgħallmek titlef u taċċetta telfa, kif ukoll terġa’ tqum fuq saqajk! 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport