Friday, November 15, 2024

Lidl u Tesco f’battalja legali fl-Ingilterra dwar il-logo

Aqra wkoll

Il-Qorti Suprema f’Londra laqgħet rikors imressaq minn Lidl biex twaqqaf lil Tesco milli tikkopja l-logo tagħha. F’April, Tesco tilfet kawża ta’ trademark miġjuba mir-rivali iżgħar tagħha wara li adottat ċirku isfar fuq sfond blu biex tippromwovi l-iskema ta’ skont magħrufa ‘Clubcard Prices’.

Lidl issa talbet mandat ta’ inibizzjoni li ma jħallix lil Tesco milli tuża it-trademark tagħha u argumentat ix-xahar li għadda li l-mandat kien meħtieġ biex iwaqqaf lil Tesco milli tqarraq bil-konsumaturi.

L-avukati ta’ Tesco argumentaw li ma kienx hemm bżonn li tiġi imposta inġunzjoni u li l-ksur minn Tesco tat-trademark ta’ Lidl seta’ jiġi solvut billi jitħallas ammont żgħir ta’ danni.

Iżda l-Imħallef Joanna Smith ddeċidiet li Lidl hija intitolata għal mandat ta’ inibizzjoni, li mhux se jidħol fis-seħħ sakemm xi appelli minn Lidl u Tesco – li t-tnejn qalu li se jikkontestaw id-deċiżjoni oriġinali tal-qorti – ikunu solvuti.

“L-uniku mod ċert biex jintemm it-telf li qed iġarrbu Lidl minħabba l-użu kontinwu tas-sinjali (Prezz tal-Clubcard) huwa li tingħata inġunzjoni finali,” qalet l-Imħallef.

Il0-Qorti tat lil Tesco disa’ ġimgħat żmien biex tneħħi l-logos kollha tal-Prezzijiet tal-Clubcard ladarba jintemmu l-proċeduri, f’każ li Tesco titlef l-appell.

Ekonomija

Sport