Monday, December 23, 2024

Liġi ġdida fl-Awstrija tippermetti suwiċidju assistit

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fl-Awstrija għaddiet liġi li tippermetti li jsir suwiċidju jekk dan isir fil-preżenza ta’ professjonisti.

Minn għada, l-adulti li huma morda b’mard terminali jew ibatu minn kundizzjonijiet permanenti li jkomplu jiddeterjoraw lill-istess persuna għandhom l-opportunità li jagħżlu li jtemmu ħajjithom.

Il-Parlament approva din il-liġi f’Diċembru li għadda wara sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali.

Dan il-proċess se jkun regolarizzat b’tali mod li f’kull każ, il-persuna li tagħżel li temm ħajjitha tkun assitita minn żewġ tobba, b’wieħed minnhom jeħtieġ li jkun espert tal-mediċina paljattiva.

Uffiċjali kkonfermaw li l-gvern alloka fond sabiex ikun hemm żvilupp fil-kura paljattiva sabiex jassigura li ħadd ma jagħżel li jtemm ħajtu jekk ikun hemm possibilitajiet ta’ rimedju.

Suwiċidju assistit, fejn persuna tingħata l-mezzi biex ittemm ħajjitha hija legali fl-Iżvizzera. Barra minn dawn, f’pajjiżi oħrajn Ewropej bħalma huma Spanja, il-Belġju u l-Olanda dan il-proċess huwa wkoll wieħed legali.

Il-proċess mhuwiex wieħed qasir hekk kif skont din il-liġi, il-persuna jeħtieġ li tikseb konferma li hija fi stat li tieħu deċiżjonijiet għaliha nnifisha. Minn hemm jiskatta proċess bl-ewwel stadju jkun stennija ta’ 12-il ġimgħa biex dak li jkun jerġa’ jaħsibha li jonqsu għal ġimagħtejn f’każijiet fejn il-persuna jkollha mard terminali.

Jekk wara dan il-perjodu jibqgħu determinati, huma se jkunu jistgħu jixtru l-mediċina letali wara li jinnotifikaw avukat jew nutar tal-għażla tagħhom.

Ekonomija

Sport