Il-Ministru għas-Sigurtà u l-Intern Glenn Bedingfield ilbieraħ ħabbar li Mohamed Ali Ahmed Elmusraty, magħruf bħala “Lilu King”, m’għadux igawdi mill-istatus ta’ refuġjat.
Fuq il-mezzi soċjali l-Ministru Glenn Bedingfield qal li Elmushraty kien ingħata status ta’ refuġjat wara li ħarab minn pajjiżu – il-Libja – minħabba l-gwerra ċivili, imma issa s-sitwazzjoni nbidlet.
Qal li Elmushrat kien infurmat li m’għaux igawdi mill-istatus ta’ refuġjat mill-International Protection Agency fil-Ministeru tal-Intern.
Il-Ministru żied jgħid li Elmushraty qed jinżamm detenut fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin taħt arrest preventiv għax għaddej proċeduri fuq żewġ każijiet kriminali u sakemm il-Qorti ma tiddeċidix mod ieħor se jibqa’ jinżamm hemm.
Il-Ministru għas-Sigurtà u l-Intern Glenn Bedingfield għamilha ċara li l-Gvern Malti mhux se jagħtu protezzjoni umanitarja internazzjonali lil min ma ħaqqux.
