Thursday, September 17, 2026
Home Sport David Beckham jistqarr li Lionel Messi għandu jirbaħ il-Ballon d’Or

David Beckham jistqarr li Lionel Messi għandu jirbaħ il-Ballon d’Or

0
41

Lionel Messi jistħoqqlu jirbaħ il-Ballon d’Or ta’ din is-sena, skont David Beckham, ko-proprjetarju ta’ Inter Miami u eks captain tal-Ingilterra. 

Messi, li għandu 39 sena, rebaħ dan il-premju tmien darbiet u jinsab fost it-30 player nominati għall-edizzjoni tal-2026. 

Huwa skorja l-100 goal tiegħu ma’ Inter Miami u pprovda assist lil Casemiro fit-tieni goal fir-rebħa ta’ 2-0 kontra Cruz Azul, li biha Miami rebħu l-Campeones Cup. 

Beckham faħħar il-livell li Messi għadu juri minkejja l-età tiegħu u qal li, fl-opinjoni tiegħu, għandu jirbaħ il-Ballon d’Or. 

Fit-Tazza tad-Dinja ta’ dan is-sajf, Messi skorja tmien goals u pprovda erba’ assists, hekk kif l-Arġentina waslu sal-finali, fejn tilfu kontra Spanja.

B’kollox, Messi għandu 12-il assist fit-Tazzi tad-Dinja, u skorja 21 goal, li jagħmluh it-tieni l-aqwa skorer fl-istorja tal-kompetizzjoni, wara Kylian Mbappe.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here