Tuesday, April 30, 2024

Lionel Messi jiskorja ħamsa mal-Arġentina

Aqra wkoll

Lionel Messi bħall-inbid … aktar ma jixjieħ aktar isir tajjeb!!

Huwa skorja l-ħames goals fir-rebħa ta’ 5-0 tal-Arġentina fuq l-Estonja li kienet partita ta’ ħbiberija. B’dawn il-goals huwa għen lil dan it-team jestendi r-rekord ta’ 33 partita mingħajr telfa. Dan wara li t-team immexxi mill-coach Lione Scaloni kiser ir-rekord ta’ 32 bla telfa meta fil-Finalissima għelbu lill-Italja bl-iskor ta’ 3-0 ftit tal-jiem ilu.

Il-forma li jinsabu fiha l-Albiceleste qed tagħmilhom minn fost il-favoriti li jirbħu t-Tazza tad-Dinja f’Novembru li ġej, bl-aħħar suċċess ikun dak tal-1986.

Jekk Messi jirnexxielu jgħolli din it-Tazza, ikun rebaħ kull unur fil-karriera tiegħu … hekk kif s’issa rebaħ 40 wieħed!!

Sport