Il-każ ta’ Lionel Messi li ma lagħabx f’partita ta’ ħbiberija li Inter Miami għamlu kontra selezzjoni ta’ plejers mill-kampjonat ta’ Hong Kong ħolqot kontroversja kbira li saħansitra waslet biex saret ballun politiku fil-pajjiż.
Bosta partitarji u segwaċi ta’ Messi li jgħixu f’Hong Kong laħqu xtraw biljetti li swewlhom ħafna flus u li fl-aħħar mill-aħħar baqgħu b’xiber imnieħer għax l-eks plejer ta’ Barcelona u Paris St Germain spiċċa ma lagħabx.
Għal dan l-għan tkellem għall-ewwel darba l-istess Messi li qal li jiddispjaċih ħafna li ddiżappunta lil bosta segwaċi tiegħu f’dan il-pajjiż minħabba li verament kien imweġġa’.
Minkejja li pprova jitħarreġ ftit sigħat qabel, hu ma felaħx ikompli u kien inevitabbli li kellu jibqa’ barra minn din il-logħba.