Monday, May 20, 2024

Il-Qorti Ewropea tiċħad żewġ appelli tal-Bank Pilatus

Aqra wkoll

Qorti Ewropea warrbet l-attentat mill-bank Pilatus biex jikkontesta l-awtorità ta’ amministratur maħtur mill-Gvern.

Il-bank kien tpoġġa taħt il-kontroll ta’ amministratur ġdid f’Marzu 2018, wara l-arrest tas-sid tal-bank Ali Sadr fuq akkużi ta’ ħasil ta’ flus fl-Istati Uniti.
Aktar tard ġew miċħuda akkużi kontra Sadr.

Madankollu, hu flimkien ma’ uffiċjali oħra tal-bank baqgħu mfittxija f’Malta fuq każ separat ta’ allegat ħasil ta’ flus.

Il-Bank Pilatus argumenta quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja li l-amministratur Lawrence Connell kellu kunflitt ta’ interess.

Il-liċenzja tal-bank ġiet irtirata mill-Bank Ċentrali Ewropew f’Novembru 2018, wara rakkomandazzjoni mir-regolatur finanzjarju ta’ Malta.

F’sentenza tal-Ħamis, il-Qorti Ewropea qalet li l-bank Pilatus naqas milli jipprovdi xi evidenza relatata ma’ kunflitt ta’ interess fir-rwol tal-amministratur.

Sport