Wednesday, July 24, 2024

Il-koppja “kontroversjali” ta’ Love Island iħabbru “pass importanti” fir-relazzjoni tagħhom

Aqra wkoll

Dale u Nicola f’waħda mill-aħħar stories fuq il-profili tagħhom tal-midja soċjali ħabbru dak li huma qegħdin jiddeskrivu bħala pass ieħor fir-relazzjoni tagħhom.

Il-koppja kisbu ċertu fama wara li bħala kontestanti tal-ewwel edizzjoni ta’ Love Island Malta rnexxielhom jagħmluha sal-finali minkejja ċertu argumenti li żvolġew bejniethom waqt is-serje televiżiv.

Min-naħa tiegħu Dale mhux l-ewwel darba li tkellem dwar kummenti dispreġġjattivi fil-konfront tiegħu għall-mod ta’ kif żvolġew l-affarijiet bejn it-tnejn b’Nicola tasal li tipprova li tibni xi ħaġa differenti ma’ wieħed mill-bombshells li daħlu fil-villa. 

F’Settembru li għadda l-koppja rnexxielhom jitfgħu lil ħafna segwaċi fil-lixka wara li ħarġu filmat li kienu se jwaqqfu r-relazzjoni tagħhom. Ftit ħin wara żvelaw li din kienet story li tellgħu biex iwasslu l-messaġġ kontra l-mibegħda online hekk kif fi ftit minuti biss bdew deħlin messaġġi ta’ mibegħda li faċilment setgħu kkawżaw ħsara lil dak li jkun. 

Ekonomija

Sport